Futbol lokali
Steve D’Amato jitlaq lil Naxxar Lions… destinazzjoni Premier?
Coach u club jinfirdu b'mod amikevoli

Steve D’Amato m’għadux coach ta’ Naxxar Lions… bil-probabbilta’ kollha tkun li se jissieħeb ma’ team tal-Premier.

Fl-istaġun li għadu kif spiċċa D’Amato mexxa lil Naxxar għar-raba’ post fil-Kampjonat BOV 1 Diviżjoni: pożizzjoni ferm meritevoli meqjusa d-diffikultajiet kollha li għadda minnhom il-club minn wara t-tluq tal-ex-president Sirjan Yahya Kirdi.

TVMSport huwa nfurmat li D’Amato u Naxxar Lions infirdu bl-iktar mod amikevoli, bil-club jagħmilha ċara li ma xtaqx itellef lill-coach opportunità ma’ club tal-Kampjonat Premier: kif anke jixhed il-post fuq il-paġna uffiċjali tal-Lions fuq Facebook.

TVMSport huwa nfurmat ukoll li kien hemm interess f’D’Amato minn clubs mhux biss tal-Premier imma anke minn oħrajn tal-1 Diviżjoni.

Id-destinazzjoni ġdida ta’ Steve D’Amato mistennija tkun magħrufa fil-jiem li ġejjin.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kellhom jgħaddu 27 sena mill-aħħar kampjonat mirbuħ minn Floriana fl-istaġun 1992/93 meta dakinhar kien refa’ t-Tazza tal-Kampjonat il-mibki David Cluett sabiex il-Furjaniżi sa fl-aħħar jerġgħu jgħollu t-Tazza ta’ Champions tal-Football…

Futbol lokali

Is-Sibt wara nofsinhar saret il-preżentazzjoni tat-trofew ta’ Champions tal-Futsal Elite League lil Luxol Futsal li rebħu dan il-kampjonat tal-istaġun 2019/20. Luxol dan l-istaġun rebħu double partikolari hekk kif apparti li…

Futbol lokali

Attard FC is-Sibt filgħaxija kienu ppreżentati bit-Tazza ta’ Champions tal-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni għall-istaġun 2019/20. Il-Preżentazzjoni lil-captain tat-team Nigel Spiteri imdawwar bi sħabu l-players u membri tal-kumitat saret mill-President tal-MFA…

Futbol lokali

Waslet il-ġurnata li tant ilhom jistennew il-Furjaniżi hekk kif is-Sibt filgħaxija fil-Floriana saru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tar-rebħ tal-kampjonat għall-istaġun 2019/20 wara l-preżentazzjoni uffiċjali tat-Tazza tal-Kampjonat BOV Premier tal-istagun 2019/20. Għal ħabta…

Aktar