Sport Lokali
Steve Xuereb inkurunat ċampjin għat-tielet darba

L-Assoċjazzjoni tal-Motocross Għawdxija organizzat il-finali tal-kampjonati tagħha l-Hadd li għadda. Kien nofstanhar li ra lis-sewwieqa jagħtu l-aħjar tagħhom biex jippruvaw jakkwistaw l-akbar numru ta’ punti. Ir-rebbieħ tal-Klassi A u overall kien Steve Xuereb. Ghalih dan kien it-tielet kampjonat mirbuħ. Klassi B rat ir-rebħa ta Jorn Stellini, filwaqt li Klassi Ċ kienet mirbuħa minn Jurgen Attard. Luke Caruana għamel tiegħu Klassi D.

Miktub minn...
TVM Sport
.