Futbol internazzjonali
Stqarrija b’saħħitha mill-Assoċjazzjonijiet Nordiċi tal-Futbol dwar Tazza tad-Dinja kull sentejn

L-Assoċjazzjonijiet Nordiċi tal-Futbol ħarġu stqarrija flimkien fejn qed jgħidu li jikkunsidraw jitilqu mill-FIFA jekk kemm-il darba tkun approvata Tazza tad-Dinja kull sentejn.

L-Assoċjazzjonijiet tad-Danimarka, Żvezja, Norveġja, Finlandja, Iżlanda u Gżejjer Faroe qed isostnu li l-FIFA diġà mxiet ‘il quddiem wisq bil-pjanijiet tagħha u ma kienx hemm konsultazzjoni mal-assoċjazzjonijiet membri ta’ diversi federazzjonijiet madwar id-dinja.

L-istqarrija kienet ippubblikata fil-mument li Gianni Infantino, il-President tal-FIFA, qiegħed idur id-dinja sabiex ikabbar l-appoġġ għall-proposta li t-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA