Futbol lokali
Inċident fit-Tieni Diviżjoni f’Għawdex. L-MFA u l-GFA jikundannaw

Il-Malta Football Association tiddeplora bil-qawwa l-inċident li seħħ fit-Tieni Diviżjoni tal-Kampjonat Għawdxi fil-partita bejn Sannat Lions u Oratory Youths fejn Uffiċjal tal-Logħba safa aggredit.

L-ewwel ħsieb imur għall-Uffiċjal in kwistjoni, is-Sur Andrea Pavia, li safa vittma ta’ att vjolenti kundannabbli u deplorevoli. Il-familja tal-futbol turi solidarjetà mas-Sur Pavia kif ukoll maż-żewġ uffiċjali l-oħra tal-logħba, is-Sur Massimo Axisa u s-Sur Adrian Caruana.

Il-vjolenza m’għandhiex post fil-logħba tal-futbol. Kif tagħmel dejjem, l-Assoċjazzjoni tafda fil-perkors tad-dixxiplina sportiva biex atti bħal dawn jiġu sanzjonati u kulħadd jerfa’ r-responsabilità tal-għemil tiegħu. Attakk kodard bħal dan itappan is sabiħ tal-futbol u saħansitra jmur kontra l-valuri li ssawwar il-logħba fosthom id-dixxiplina u l-għaqda.

Tappella wkoll kemm lill-Gozo Football Association u kemm lill-klabb in kwistjoni biex jieħdu anke huma l-miżuri xierqa biex episodji bħal dawn ma jirrepetux ruħhom.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Aktar