Motorsport
Suber bikes: Imut is-sewwieq ta’ 15-il sena Dean Berta Vinales

Traġedja f’Jerez hekk kif f’inċident waqt il-kampjonat tal-lum fil-World Super Bike, miet f’inċident is-sewwieq ta’ 15-il sena Dean Berta Vinales.

It-tellieqa kienet waslet fil-11-il dawra meta l-Ispanjol kien involut f’inċident ma’ tliet sewwieqa oħra fit-tieni dawra taċ-ċirkwiet.

Id-Direttur tat-tellieqa xejjer il-bandiera l-ħamra u waqqaf it-tellieqa.

Fi stqarrija wara ftit tal-ħin maħruġa mill-World Superbike, tħabbret il-mewt ta’ Vinales.

Il-World Super Bikes qalet li l-ġrieħi li sofra Vinales ma taw l-ebda ċans liċ-Ċentru Mediku tagħhom isalvaw lis-sewwieq.

Dean Berta Vinales jiġi l-kuġin tas-sewwieq tal-Moto GP, Maverick Vinales.

Miktub minn...
TVM Sport