Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
12°
Max
14°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
12°
Max
14°
Atletika
Suċċess għal Danica Bonello Spiteri fit-Turkija, tikkwalifika għall-Kampjonati Dinjija
Imtella' Novembru 10, 2020
Rapport: Chris Falzon

L-atleta Maltija Danica Bonello Spiteri kisbet post fil-Kampjonanti Dinjija li ser isiru s-sena d-dieħla. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Danica kienet fit-Turkija biex ittellaq fl-Ironman 70.3 International Triathlon. Hija mhux biss rebħet il-kategorija ta’ bejn il-35 u 39 sena imma spiċċat fit-tielet post overall tal-kompetizzjoni.

L-Ironman kienet tikkonsisti minn għawma ta’ 1.9 kilometri, 90 kilometru fuq ir-rota u ġirja ta’ 21.1 kilometri għal total ta’ 113-il kilometru. B’kollox ħadu sehem 821 atleta minn 55 pajjiż differenti, fosthom 127 atleta femminili. Minħabba l-miżuri tal-pandemija tal-Covid-19, l-atleti kellhom jaqbżu l-baħar wieħed wieħed kull sitt sekondi u mhux kollha f’daqqa.

Danica Bonello Spiteri għamlet wieħed mill-aħjar ħinijiet fl-istorja tat-triathlon Maltija, b’dan it-tragward jikber fil-valur tiegħu meta wieħed iqis li sa sena ilu l-atleta kienet għadha kif welldet tarbija. L-atleta Bonello Spiteri hija waħda mill-aqwa atleti fit-triathlon, tant li fil-passat irrappreżentat lil Malta fil-Logħob tal-Commonwealth li saru fi Glasgow u l-Logħob Ewropew li sar f’Baku. It-tellieqa f’Antalya, it-Turkija, kienet l-ewwel waħda fuq distanza daqstant twila għall-atleta, 14-il xahar wara li kellha l-ewwel wild tagħha.

Danica Bonello Spiteri ħarġet mill-ilma fil-ħames post, filwaqt li żammet pass b’saħħtu bil-ġirja fuq ir-rota. Fl-aħħar ġirja Danica rnexxilha żżid il-pass u anke qabżet żewġ postijiet biex temmet fit-tielet post overall. Hi lestiet it-tellieqa f’ħin ta’ 4 sigħat 31 minuta u 34 sekonda quddiem Olen Zhushman tal-Ukrajna u Nicole Boyd tar-Renju Unit.

Share
Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
@chris_falzon
Aħbarijiet Oħra
Atletika mcneal
Atletika: Brianna McNeal sospiża minħabba doping
Atletika doha 2030
Il-belt ta’ Doha se tospita l-Logħob Asjatiku tal-2030
Atletika
Athletics Malta tipproponi proġett ambizzjuż ta’ modernizzar fil-Matthew Micallef Stadium
Atletika ivanov
Fir-Russja: Il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Atletika taħtar President ġdid
Aktar
L-Aħbarijiet Sportivi
15/01/2021
Għawm keller
Mandat ta’ arrest kontra l-għawwiem Amerikan Klete Keller
Futsal
UEFA Futsal Champions League: Luxol – Dobovec xandira diretta fuq tvm.com.mt/sport
Futbol lokali
Ħamrun jżommu l-ewwel post tal-klassifika
Futbol lokali hibs
Kampjonat BOV Premier: Gowl ta’ Andrei Agius jagħmel id-differenza fil-logħba bejn Hibernians u Sliema
Sports Internazzjonali
ARA – Jekk ikollha tagħmilha, tagħmilha?
L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport: L-Erbgħa 14 ta’ Jannar 2021
ARA – Jekk ikollha tagħmilha, tagħmilha?
Żejtun jirbħu konfront dirett fin-naħa t’isfel tal-klassifika
Birkirkara jegħlbu l-ostaklu Sirens
FILMAT: Ħarsa lejn l-Isport f’Malta fis-sena 2020
FILMAT: Ħarsa lejn l-iktar avvenimenti sportivi internazzjonali importanti tas-sena 2020
FILMAT: Haley Bugeja f’Malta għal ftit jiem u lura Sassuolo. Tirċievi l-unur tal-Atlas Youth Athlete of the Month
FILMAT: Il-plejer ta’ Hamrun Spartans, Marcelo Barbosa lura f’Għawdex ma’ Nadur Youngsters
FILMAT: Santa Lucia jagħtu t-tieni telfa konsekuttiva lil Gudja Utd 
FILMAT: Hibernians jirbħu fl-aħħar sekondi
FILMAT: Mosta jitilgħu fil-ħames post tal-klassifika wara rebħa kontra Żejtun
FILMAT: Hamrun Spartans jirkupraw gowl żvantaġġ u jiskurjaw tlieta f’wirja kbira oħra
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
    • Back