Suċċess ieħor enormi għal Karate Malti lil hinn minn xtutna

Karate

Waslu lura Malta l-Ħadd wara nofsinhar it-tlieta u għoxrin atleta mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate wara li bejniethom rebħu xejn inqas minn erbgħa u għoxrin medalja, sebgħa deheb, tmienja fidda, u disgħa bronz waqt il-Polish Open Karate Championships li sar fi Krakovja, l-Polonja.

F’din il-kompetizzjoni b’kollox ħadu sehem madwar ħames mitt atleta minn sittax-il pajjiż differenti, fosthom il-Ġappun, l-Italja, l-Ingilterra, l-Ġermanja u r-Russja.

L-atleti Maltin kienu akkumpanjati fil-Polonja mill-kowċis sensei Joe Tanti u sensei James Galea, sensei Anthony Zammit bħala referi, waqt li l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija kienet Michelle Vella.

Malta rebħet dan il-kampjonat meta spiċċat l-ewwel fil-klassifika tal-medalja, minn total ta’ sbatax-il pajjiż.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Fl-Open tal-Awstralja, il-Kanadiż Raonic għeleb lill-Iżvizzer Wawrinka bi tliet sets għal wieħed, biex b’hekk Wawrinka spiċċa eliminat kmieni minn din il-kompetizzjoni. Kei Nishikori rnexxielu jgħaddi għar-round li jmiss meta bata…

Ibburdjar

Huma erba’ Olandiżi r-rebbieħa tat-Talisker Whisky Atlantic Challenge, meta kienu huma l-ewwel li rnexxilhom jagħmlu d-distanza ta’ 3,000 mil mill-Gżejjer Kanarji s’Antigua u Barbuda. It-tim bl-isem ta’ The Dutch Atlantic…

Motorsport

Nasser Al-Attiyah kważi huwa ċert 100% li ser jirbaħ l-edizzjoni tad-Dakar Rally ta’ din is-sena wara li fid-disa’ stadju, l-avversarju tiegħu Stéphane Peterhansel ra l-ħolma tiegħu ttir mar-riħ tad-deżert tal-Peru…

Snooker

Aaron Busutill hu r-rebbieħ tal-ewwel ranking tournament organizzat mill-MBSA, meta fil-finali għeleb lil Brian Cini bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra xejn. Din il-finali kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, li…

Aktar