Bowling
Suċċess ieħor għal Sue Abela. Tirbaħ midalja oħra fil-Kampjonati tal-Mediterran

Tenpin Bowling: Suċċess ieħor personali għal Sue Abela u għall-Assoċjazzjoni tal-Bowling f’Malta hekk kif il-plejer veterana llum rebħet il-midalja tal-bronż fis-sezzjoni Masters tal-kampjonati tat-Tenpin Bowling tal-Mediterran.

Għal Abela din kienet it-tieni midalja personali f’dan il-kampjonat hekk kif rebħet il-midalja tal-fidda jumejn ilu ma’ Cynthia Frendo Duca fis-sezzjoni tad-doubles tan-nisa.

Abela irnexxiela tasal mal-aħħar tmienja fil-kompetizzjoni u wara li rebħet kontra t-taljana Melania Rossi, u tilfet biss kontra l-plejer mill-Georgia Sagona li min naħa tagħha tilfet il-logħba tal-finali kontra l-Islovena Alja Bergauer.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.