Atletika
Suċċess miż-żgħażagħ Maltin b’abilitajiet differenti f’Abu Dhabi – jirbħu 12 deheb, 13 fidda u 15 bronż

Esperjenza mill-aqwa għaż-żgħażagħ Maltin fl-iSpecial Olympics World Games li saru f’Abu Dhabi mill-Ħamis 14 ta’ Marzu u li ser jiġu fi tmiemhom aktar tard illum biċ-ċerimonja tal-għeluq. Dan kien l-akbar kontinġent Malti li qatt ħa sehem f’dawn il-World Games, fejn b’kollox kienu 28 atleta li ħadu sehem f’9 dixxiplini differenti.

Dawn iż-żgħażagħ b’abilitajiet differenti rnexxilhom iġibu riżultati mill-aqwa kemm għalihom kif ukoll għall-pajjiżna u ser jirritornaw lura Malta bi 12-il midalja tad-deheb, 13 tal-fidda u 15 tal-bronż.

Il-midalji tad-deheb intrebħu fl-Atletika, fiċ-Ċikliżmu, fil-Bowling u fl-Għawm.

L-atleti Maltin li ħadu sehem f’dawn l-iSpecial Olympics World Games 2019 kienu dawn:

Atletika – Ann Ebejer, Gilmour Borg, Mattheus Muscat, Naomi Axisa

Bocce – Alison Bonello, Cedric Peplow

Bowling – Amanda Cini, Jessica Farrugia, Mark Serge, Miriana Pace, Natasha Bianchi, Nicholas Falzon, Peter Mallia, Philip Gruppetta

Cycling – Carmelo Pace, Gareth Borg, Giuseppina Galea

Golf – Adam Pisani, Rebecca Dalli

Gymnastics (artistic) – Anne Marie Bugeja, Enrique Xerry

Swimming – Benjamin Camilleri, Maria James, Maria Pia Saliba, Sam Micallef

Table Tennis – Doreen Vella, Warren Schembri

Triathlon – Sasha Cini

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Minkejja li il-By Pass tal-Mtarfa hu kemm xejn milquħ,  xorta ntlaqa minn riħ qawwi li għamlu l-kundizzjonijiet għat-tieni tellieqa tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series kemm xejn diffiċli. Organizzata mill-Birkirkara…

Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ is-sitt Grand Prix tal-Ingilterra li saret illum f’Silverstone. Hamilton mar quddiem wara ftit laps. Kienet Valterri Bottas li mar fuq quddiem mal-ħruġ tat-tellieqa iżda spiċċa fit-tieni post…

Formula 1

Formula 1: Valtteri Bottas irnexielu jissorprendi lill-favorit Lewis Hamilton sabiex rebaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Silverstone. Bottas fuq Mercedes kellu ħin ta’ 0.006 aħjar minn Hamilton li se jibda…

Formula 1

Iċ-ċirkwit ta’ Silverstone se jibqa’ parti mill-kalendarju tal-Formula 1 għal mill-inqas ħames snin oħra. Dan wara li l-Formula 1 uffiċjalment ħabbru li kien intlaħaq dan il-ftehim. Iċ-ċirkwit kien fid-dubju jkunx…

Aktar