Motorsport
Super Bikes: Jonathan Rea jikser ir-rekord mondjali b’rebħa fiċ-ċirkwit ta’ Brno, fir-Repubblika Ċeka

Jonathan Rea kiser ir-rekord mondjali b’rebħa oħra llum fiċ-ċirkwit ta’ Brno fir-Repubblika Ċeka bis-60 rebħa fil-karriera tiegħu.

Din-rebħa ta’ Rea taqbeż lil dik ta’ Carl Fogerty, champion tad-dinja tas-Super Bikes fl-1994, 95, 98 u 99 meta kien tella’ total ta’ 59 rebħa.

Fogerty xorta għadu jżomm ir-rekord ta’ 4 rebħiet f’kampjonat wieħed, madankollu Rea jinsab viċin li jilħaq dan ir-rekord ukoll jekk jirbaħ tellieqa oħra minn dak li fadal f’dan l-istaġun minn dan il-kampjonat.

Rea għandu vantaġġ ta’ 81 punt fuq Chaz Davies li jinsab fit-tieni post.

Is-sewwieq Irlandiż ta’ 31 sena, fit-tellieqa tal-lum, telaq mill-ewwel post u żamm il-kmand tat-tellieqa sal-aħħar.

Miktub minn...
TVM Sport