Motorsport
Super Bikes: Jonathan Rea jirbaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali li saret f’Moorland Aragon

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall.

Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi li baqa’ warajh.

It-tellieqa baqgħet kważi tul il-ħin kollu b’dawn l-ewwel erba’ sewwieqa jokkupaw l-ewwel postijiet.

Iżda Rea rkupra tajjeb lejn l-aħħar biex mar fuq quddiem u baqa’ fl-ewwel post sal-aħħar biex daħal sekonda qabel Rinaldi.

L-avveniment li jmiss isir bejn it-18 u l-20 ta’ dan ix-xahar f’Barcelona.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Il-Malta Motorsport Federation (MMF) ħasset il-bzonn li tirrispondi għall-bzonnijiet tal-membri tal-Federazzjoni u l-komunità tal-motorsport. Il-Pandemija globali COVID-19 poġġiet sfidi eċċezzjonali fuq l-attivitajiet sportivi u l-ħajja ta’ dawk li jipprattikaw il-motorsport,…

Aktar