Motorsport
Super Bikes: Melandri jirbaħ it-tieni tappa wkoll fl-Awstralja

It-Taljan Marco Melandri għamilhom żewġ rebħiet mill-ewwel żewġt itlielaq f’dan l-istaġun meta dalgħodu f’Philip Island, fl-Awstralja reġa’ kellu tmiem spettakolari tat-tellieqa.

It-Taljan ġie minn wara biex għadda fl-aħħar nifs lil Jonathan Rea, iċ-Champion renjanti tal-Irlanda ta’ Fuq b’0.021 ta’ sekonda eżatt mal-finish line.

It-tellieqa fuq 22 dawra kellha possibbiltà waħda biss ta’ pit stop.

Is-sewwieq Eugen Laverty, li kien mar quddiem kmieni fit-tellieqa kellu inċident u ma setax ikompli t-tellieqa.

Fit-tielet post spiċċa s-sewwieq Ingliż Tom Sykes.

Ir-rebħa tpoġġi lil Melandri fl-ewwel post tal-klassifika b’50 punt, segwiet minn Sykes bi 33 punt u Rea b’31 punt.

It-tappa li jmiss tas-Super Bikes issir fuq żewġt itlielaq fiċ-ċirkwit ta’ Buriram fit-Tajlandja fl-24 u l-25 ta’ Marzu.

Miktub minn...
TVM Sport