Motorsport
Super Bikes: Scott Redding jirbaħ it-tieni tellieqa ta’ San Juan fl-Arġentina

L-Ingliż Scott Redding rebaħ it-tieni tellieqa tat-tappa ta’ San Juan fl-Arġentina.

Jonathan Rea naqqas mill-vantaġġ li għandu fil-klassifika overall it-Tork Toprak Razgatlioglu li rebaħ l-ewwel tellieqa minn tnejn fl-istess ċirkwiet.

Razgatlioglu kellu l-vantaġġ wara li rebaħ l-ewwel tellieqa minn tnejn iżda fit-tieni waħda nqabeż minn Redding u Rea bit-tliet sewwieqa li spiċċaw f’dinj l-ordni fuq il-podju.

Razgatlioglu issa għandu 531 punt f’ras il-klassifika overall, segwiet minn Jonthan Rea b’501 punt b’massimu ta’ 62 punt x’jintrebħu fl-aħħar tappa tax-xahar id-dieħel fl-Indoneżja.

Miktub minn...
TVM Sport