Motorsport
Super Bikes: Toprak Razgatlioglu jirbaħ l-ewwel kampjonat dinji u jtemm sitt snin dominju ta’ Jonathan Rea

It-Tork, Toprak Razgatlioglu, rebaħ l-ewwel kampjonat dinji biex temm renju ta’ sitt snin ta’ dominju sħiħ ta’ Jonathan Rea.

Is-sewwieq ta’ Yamaha temm 13-il punt f’ras il-klassifika fuq is-sewwieq mill-Irlanda Ta’ Fuq.

Razgatlioglu sar l-ewwel sewwieq Tork li qatt rebaħ kampjonat dinji tas-super bikes.

L-ewwel tellieqa tas-Sibt kienet posposta minħabba x-xita qawwija li fisser li mit-62 punt disponibbli, dawn tniżżlu għal 50 punt, 25 kull tellieqa.

Minkejja li Rea rebaħ l-ewwel tellieqa, it-tieni post għat-Tork kien biżżejjed biex irebħu t-titlu.

Miktub minn...
TVM Sport