
Boxing
Super Charity Night għada f’Għawdex
Illum saret konferenza tal-aħbarijiet fejn sar ukoll il-weighing in tas-Super Boxing Charity Night li ser issir għada s-Sibt fil-Kumpless Sportiv t’Għawdex. Din hija l-ewwel darba li ser issir serata ta’ dan il-kalibru fil-gżira Għawdxija. Fost il-boxers rinomati li ser jieħdu sehem insibu lil Super Steve Martin, Garth Galea, Demis Tonna kif ukoll żewġ boxers Għawdxin Paulson Cassar u Mario Vella.
Mistieden għal din is-serata din is-serata tim mir-Renju Unit li ser jiġġieled kontra boxers lokali. Il-qliegħ mis-Super Boxing Charity Night ser imur għall-Malta Trust Foundation. L-ewwel ġlieda tibda fis-7.30 ta’ filgħaxija.