
Futbol internazzjonali
Super Coppa – Juventus jirbħu l-unur fil-Mapei Stadium b’rebħa fuq Napoli
Finali
Juventus 2 Napoli 0
B’żewġ gowls fit-tieni taqsima Juventus rebħu s-Super Coppa Taljana meta għelbu lil Napoli 2-0. Il-bianconeri, rebbieħa tal-kampjonat fl-istaġun li għadda, marru minn fuq b’gowl ta’ Cristiano Ronaldo fl-64 minuta. Napoli kellhom ċans iġibu l-iskor indaqs fit-80 minuta, iżda mill-11-il metru Insigne falla penalty. Alvaro Morata għalaq il-logħba mal-ħames minuta fuq il-ħin regolamentari bit-tieni gowl biex Juventus ħarġu rebbieħa fil-Mapei Stadium.