Futbol internazzjonali
Super Cup Spanjola – Barcelona l-ewwel tim fil-finali b’rebħa fuq Real Sociead bil-penalties

Real Sociedad 3   Barcelona 4 (wara l-għoti tal-penalties)

Barcelona għaddew għall-finali tas-Super Cup Spanjola meta fis-semifinali għelbu lil Real Sociedad 4-3 wara l-għoti tal-penalties. Il-Katalani kienu mingħajr l-attakkant Lionel Messi li jinsab imweġġa’. Kienu Barcelona li marru fil-vantaġġ fid-39 minuta permezz ta’ De Jong, vantaġġ li żammewh sat-tieni taqsima sakemm Oyarzabal mill-11-il metru għamel l-iskor 1-1 għas-Sociedad. Sad-90 minuta l-iskor baqa’ ndaqs u wara li fil-ħin barrani ma ġie skorjat l-ebda gowl, is-semifinali kellha tiġi deċiża bil-penalties.

Il-Katalani skorjaw tliet penalties minn ħamsa, Dembele, Pjanic u Puig sabu x-xibka filwaqt li de Jong u Griezmann fallew il-penalty tagħhom. Fuq in-naħa l-oħra skorjaw biss Merino u Januzaj wara li Jon, Oyarzabal u William Jose fallew mill-11-il metru.

Iċ-champions renjanti Real Madrid ser jiltaqgħu kontra Athletic Bilbao fit-tieni semifinali sabiex ikun magħruf liema tim ser jaffaċċja lil Barcelona fil-finali.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA