Futbol internazzjonali
Super Cup Spanjola: Finali bejn il-Madrileni wara li Atlético jaħsdu lil Barcelona

Super Cup Spanjola – Semifinali
Barcelona 2   Atlético Madrid 3

Atlético Madrid ħasdu lil Barcelona b’żewġ gowls fl-aħħar għaxar minuti biex għaddew għall-finali tas-Super Cup Spanjola u issa jilagħbu kontra Real Madrid. Il-gowls kollha kienu skurjati fit-tieni taqsima, u kienu Atlético li marru l-ewwel fil-vantaġġ eżatt mal-ftuħ tat-tieni taqsima meta Angel Correa qassam lejn Koke li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Atlético ma tantx damu jgawdu l-vantaġġ għaliex ħames minuti wara Lionel Messi għamel l-iskor indaqs, 1-1. L-istess Messi reġa’ niżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers meta mas-siegħa logħob venven xutt li għeleb lill-goalkeeper avversarju u poġġa lil Barcelona 2-1 minn fuq. Fl-74 minuta l-Katalani ħasbu li għamluhom 3-1 meta Pique tefa’ fix-xibka imma l-gowl kien imħassar b’deċiżjoni tal-VAR. Fil-81 minuta Atlético ngħataw penalty wara li Neto waqqa’ avversarju fil-kaxxa u mill-11-il metru Alvaro Morata ma żbaljax u għamilhom 2-2. Fis-86 minuta Atlético taw id-daqqa mortali lil Barcelona meta Angel Correa skorja t-tielet biex ta rebħa lit-tim minn Madrid u qata’ passaġġ għall-finali biex issa jilagħbu kontra t-tim l-ieħor mill-istess belt, Real.

Il-finali tas-Super Cup Spanjola ser tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej u tibda fis-19:00 (ħin ta’ Malta).

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Id-difensur Spanjol Alvaro Odriozola ngħaqad ma’ Bayern Munich b’self mingħand Real Madrid. Id-difensur li fil-karriera tiegħu lagħab anke ma’ Real Sociedad, ingħaqad maċ-champions Ġermaniżi wara li ma tantx qiegħed isib…

Futbol internazzjonali

Leicester City 4   West Ham 1 Leicester City żammew il-pass ma’ Manchester City fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika tal-Premier Ingliż meta fil-King Power Stadium għelbu lil West Ham 4-1. Leicester fetħu…

Futbol internazzjonali

Juventus 3   Roma 1 Juventus għaddew għas-semifinali tal-Coppa Italia meta rebħu lil Roma 3-1, bil-plejers Juventini jiskurjaw l-erba’ gowls tal-logħba. Kien Cristiano Ronaldo li fetaħ l-iskor fis-26 minuta wara li…

Futbol internazzjonali

Il-plejers, managment, staff u partitarji taw tislima lill-plejer Emiliano Sala, f’ċerimonja kommemorattiva, sena mill-mewt tiegħu, fil-Katidral ta’ San David f’Cardiff. Sala kien miet f’inċident traġiku tal-ajru fil-21 ta’ Jannar meta…

Aktar