Futbol lokali
Super Cup tan-Nisa: Mġarr Utd – Birkirkara FC għada fl-4.30pm fl-Istadium Nazzjonali

Il-Ġimgħa fl-4.30pm fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali wara l-logħba tal-kampjonat Premier Birkirkara kontra Sirens se tintlgħab il-finali tas-Super Cup tan-Nisa bejn Mġarr United u Birkirkara. Waqt indirizz lill-media Hayley Bugeja player ta’ Mġarr qalet li huwa ta’ sodisfazzjoni għaliha u għall-futbol tan-nisa inġenerali li din il-finali se tkun qed tintlgħab fl-Istadium Nazzjonali. Hi qalet li t-team se jagħmel minn kollox biex is-Super Cup tintrebaħ minn Mġarr. Min naħa tagħha Kailey Willis player ta’ Birkirkara qalet li l-istripes jinsabu preparati sew biex jirbħu dan l-ewwel tal-istaġun. Il-Finali tas-Super Cup tan-Nisa bejn Mġarr u Birkirkara tintlgħab għada fl-4.30pm fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali u se tkun qed tixxandar fil-jiem li ġejjien fuq TVM2 b’kummentarji ta’ Robert Busuttil.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Waqt laqgħa permezz ta’ video-conference li saret illum bejn il-UEFA u l-55 assoċjazzjoni membru, fosthom Malta, l-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-futbol ħabbret xenarji ġodda dwar id-deċiżjoni jekk u meta l-kampjonati domestiċi fl-Ewropa…

Futbol lokali

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro…

Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda sitt klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Aktar