Futbol internazzjonali
Super League: Juventus, Real Madrid u Barcelona quddiem il-Bord tad-Dixxiplina tal-UEFA

Juventus, Real Madrid u Barcelona se jkunu qed jitresqu quddiem il-Bord tad-Dixxipplina tal-UEFA wara li ma kitbux uffiċjalment kif għamlu d-disa’ timijiet l-oħra biex joħorġu uffiċjalment mis-Super League.

Oriġinarjament, 12-il tim kienu ftehmu biex joħorġu mill-kompetizzjonijiet tal-UEFA u jorganizzaw tornew għalihom.

Il-UEFA qalet li bħalha rikonċiljazzjoni u għat-tajjeb tal-futbol Ewropew, id-disa’ klabbs l-oħra kitbu dikjarazzjoni uffiċjali li għall-futur se jkunu kommessi lejn il-kompetizzjonijiet tal-UEFA u tal-FIFA biss.

Id-disa’ klabbs skużaw ruħhom mal-partitarji u aċċettaw li l-proġett tas-Super League kien żball u fost diversi miżuri, bħalha ġest ta’ karità, se jkunu qed iħallsu 15-il miljun ewro bejniethom biex jintużaw fuq il-futbol tat-tfal, youths u grassroots fil-komunitajiet madwar l-Ewropa kollha.

Id-disa’ klabbs qablu wkoll li 5% tal-qliegħ li se jkollhom fl-istaġun li ġej mill-kompetizzjonijiet Ewropej, irodduh lura lill-UEFA.

Deċiżjoni finali dwar x’se jiġri minn Juventus, Real Madrid u Barcelona għadha trid tittieħed wara li l-laqgħat tal-Bord tad-Dixxipplina.

 

Miktub minn...
TVM Sport