Futbol internazzjonali
Suq tat-Trasferimenti: Alexis Sanchez ser jiffirma kuntratt ta’ tliet snin m’Inter

Inter ser jiffirmaw lil Alexis Sanchez mingħand Manchester United. Din l-aħbar taha Giuseppe Marotta l-Erbgħa waranofsinhar u issa l-plejer ser jingħaqad permanenti mat-tim minn Milan. Alexis Sanchez ingħaqad m’Inter b’self mingħand Manchester United fl-istaġun li għadda wara esperjenza diżappuntanti f’Old Trafford li ratu jiskurja biss ħames gowls f’45 logħba.

Għalkemm fl-Italja ċ-Ċilen ma tantx skorja, fil-fatt skurja biss erba’ gowls, xorta waħda kien providenzjali f’ħafna mill-gowls t’Inter, tant li pprovda tmien assists għan-neroazzurri li temmew il-kampjonat punt wieħed biss taħt Juventus.

F’kummenti li ta lil Sky Sports Marotta qal li l-Ħamis ser tkun uffiċjali li Sanchez ingħaqad m’Inter u ser jiffirma kuntratt ta’ tliet snin. B’dan it-trasferiment Sanchez ser ikun jista’ jkompli jilgħab fil-UEFA Europa League wara li l-Erbgħa eliminaw lil Getafe u għaddew għall-kwartifinali. It-trasferiment kien ukoll ikkonfermat mill-manager ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer li wara li r-Red Devils eliminaw lil LASK, kien mistoqsi dwar iċ-Ċilen u kkonferma li l-Ħamis kien ser isir plejer permanenti t’Inter.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Aktar