Futbol internazzjonali
Suq tat-Trasferimenti: Borussia Dortmund ma jaħlux ħin biex jibdew isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej

Wara t-tmiem tal-Bundesliga fejn Borussia Dortmund spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika, huma ma ħlewx ħin sabiex jibdew isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej għaliex fi ftit sigħat ħabbru tliet trasferimenti.

L-ewwel trasferiment kien tad-difensur laterali Nico Shulz mingħand Hoffenheim, u ftit sigħat wara ħabbru li kienu ffirmaw lill-plejer ta’ 26 sena Thorgan Hazard mingħand Borussia Moenchengladbach. Hazard iffirma kuntratt ta’ 5 snin, sal-2024, u matul dan l-istaġun skorja 13-il gowl u provda 12-il assist f’35 logħba li lagħab ma’ Moenchengladbach.

Fl-aħħar sigħat Borussia Dortmund ħabbru t-tielet trasferiment, Julian Brandt mingħand Bayer Leverkusen. B’hekk Dortmund komplew isaħħu l-attakk b’dan il-plejer li lagħab 23 bil-flokk nazzjonali tal-Ġermanja. Brandt kien qiegħed jinteressa wkoll lil xi timijiet mill-Premier Ingliż, imma fl-aħħar għażel lil Dortmund għaliex xtaq jibqa’ jilgħab il-Ġermanja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: illum minn Grupp E l-Olanda rebħu 3-1 kontra l-Kamerun. Fil-41 l-Olandiżi minn fuq b’goal ta’ Vivianne Miedema. Eżatt qabel il-mistrieħ kienet Gabrielle Aboudi Onguene li ġabet id-draw għal Kamerun 1-1. Mal-ftutħ…

Futbol internazzjonali

l-Ekwador kisbu t-tielet post dan hekk kif huma għelbu lill-Italja bl-iskor ta’ 1-0 fit-Tazza tad-Dinja taħt l-20 sena . Wara li sad-disgħin minuta l-iskor baqa dak ta’ mingħajr gowls, il-logħba…

Futbol internazzjonali

Il-Brazil għelbu lill-Bolivia bl-iskor ta’ 3-0 fl-ewwel logħba tagħhom tal-Copa America. Wara taqsima fqira, ħames minuti fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta Philippe Coutinho fetaħ l-iskor minn penalty wara li dan…

Futbol internazzjonali

Minn Grupp C l-Italja kisbu rebħa faċli hekk kif huma għelbu lill-Ġamajka bl-iskor ta’ 5-0. Il-gowls tal-Azzurri waslu minn hat trick ta’ Cristiana Girelli fit-12 il-minuta minn penalty, fil-25 minuta…

Aktar