Futbol internazzjonali
Suq tat-Trasferimenti: Bruno Fernandes biċ-ċans li jingħaqad ma’ Real Madrid

Il-plejer ta’ Sporting Lisbon, Bruno Fernandes, jista’ jagħti l-każ li xorta jħalli lit-tim Portugiż sa tmiem dan is-suq tat-trasferimenti. Wara d-diżappunt li la rnexxielu jingħaqad ma’ Manchester United u lanqas ma’ Tottenham Hotspur, issa jidher li Real Madrid huma interessati li jakkwistaw lill-plejer.

Filwaqt li Manchester United qatt m’għamlu offerta konkreta għall-plejer, l-Ispurs kienu offrew is-somma ta’ €60 miljun, liema offerta kienet miċħuda minn Sporting. Il-ġurnal Spanjol AS qiegħed jgħid li kienu Sporting stess li avviċinaw lil Real Madrid sabiex jieħdu magħhom lil Fernandes, imma jridu s-somma ta’ €66 miljun jekk dan iseħħ. Skont l-istess ġurnal, il-Los Blancos jidhru interessati, imma qegħdin janalizzaw jekk huwiex possibbli jakkwistaw plejers oħra qabel Fernandes.

Real Madrid bħalissa donnhom aktar iffukati fuq Neymar u dan wara li offrew is-somma ta’ €110 miljun flimkien ma’ 3 plejers lil PSG, biss rapporti qegħdin jgħidu li ċ-champions Franċiżi rrifjutaw l-offerta. Jidher li t-tliet plejers kienu Gareth Bale, James Rodriguez u Keylor Navas, imma PSG ma kenux interessati fihom u allura jidher li ċaħdu l-offerta kollha.

Jekk Real Madrid ma jirnexxilhomx jakkwistaw lil Neymar ma tkun l-ebda sorpriża li jduru għal Bruno Fernandes, u għandhom ċans jagħmlu dan sat-Tnejn 2 ta’ Settembru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Ħadd wara nofsinhar intlagħbu erba’ partiti mill-kampjonat Taljan Serie A. Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Sassuolo għelbu lil Spal bi skor ta’ 3-0. Il-gowl jaslu minn Francesco Caputo fis-26 u…

Futbol internazzjonali

Serie A fl-Italja: Juventus rebħu 2-1 kontra Verona. Kienu Verona li marru fil-vantaġġ b’goal sabiħ ta’ Miguel Veloso wara li ftit sekondi qabel Verona kienu laqtu l-lasta minn penalty. Aaron…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2019/20 Riżultati tas-Sibt Leicester City – 2 – 1 Tottenham Hotspur Manchester City 8 – 0 Watford Burnley 2 – 0 Norwich City Everton 0 – 2…

Futbol internazzjonali

Wara t-telfa kerha tat-Tlieta li għadda ta’ Real Madrid fi Franza kontra Paris St Germain bi skor ta’ 3-0, teżisti possibbiltà kbira li ġganti Spanjoli jneħħu lill-kowċ tagħhom Zinedine Zidane….

Aktar