Futbol internazzjonali
Suq tat-Trasferimenti: Daniel Sturridge jingħaqad ma’ Trabzonspor

Daniel Sturridge ngħaqad mat-tim Tork ta’ Trabzonspor b’kuntratt ta’ 3 snin. L-ex Liverpool ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta’ Twitter l-Erbgħa waranofsinhar fejn ser ikun qiegħed jaqla’ paga ta’ madwar €29,500 fil-ġimgħa. Sturridge, li fil-karriera tiegħu lagħab anke ma’ Chelsea, ser ikun qiegħed jerġa’ jingħaqad ma’ ex kollega li kienu mal-Blues flimkien, John Obi Mikel li ffirma kuntratt ta’ sentejn aktar kmieni f’dan is-sajf.

Daniel Sturridge laħaq il-qofol tal-karriera tiegħu ma’ L:iverpool, meta f’160 logħba skorja 60 gowl u rebaħ il-UEFA Champions League f’Mejju li għadda. Jidher li l-plejer Ingliż kellu offerti mill-Istati Uniti, il-Qatar, Spanja, Franza u l-Italja imma pprefera li jmur jilgħab fis-Super Lig Tork.

B’kollox libes 26 darba l-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż u skurja tmin gowls man-nazzjonal.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Coppa Italia – Round tas-16 Parma 0   Roma 2 Doppjetta ta’ Pellegrini fit-tieni taqsima għenet lil Roma sabiex jgħaddu għall-kwartifinali tal-Coppa Italia meta għelbu lil Parma bl-iskor ta’ 2-0. Pellegrini…

Futbol internazzjonali

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser terġa’ ssir f’Jannar u Frar fl-edizzjoni li jmiss tal-2021. Dan tħabbar mill-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kamerun li permezz ta’ Twitter ħabbru li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser issir bejn…

Futbol internazzjonali

FA Cup – It-3 Round (Replays) Carlisle UTD 3   Cardiff City 4 Kien il-gowl farradi minn sebgħa li permezz tiegħu Cardiff City għamluha għar-raba’ round tal-FA Cup meta fir-replay tal-logħba…

Futbol internazzjonali

Coppa Italia – Round tas-16 Fiorentina 2   Atalanta 1 Gowl sitt minuti mit-tmiem għen lil Fiorentina jgħaddu għall-kwartifinali meta għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 2-1. Cutrone fetaħ l-iskor għall-Viola fil-11-il…

Aktar