Futbol internazzjonali
Suq tat-Trasferimenti: Davide Zappacosta viċin li jsieħeb lil Roma

Roma mistennija jiffirmaw lid-difensur laterali Davide Zappacosta fis-sigħat li ġejjin. Dan wara li l-istess klabb, permezz tal-paġna ta’ Twitter, tella’ ritratti fejn indika li Zappacosta jinsab f’Ruma. Il-plejer Taljan ingħaqad ma’ Chelsea fl-2017 mingħand Torino u lagħab 52 darba mat-tim minn Londra. Skorja darbtejn u provda 4 assists mat-tim minn Stamford Bridge.

Biss l-aħħar sentejn ma kenux faċli għal Zappacosta biex isib postu regolari fl-iskwadra minħabba Cesar Azpilicueta li ħafna drabi kien ikun l-għażla favorita tal-manager. U għalkemm matul dan is-sajf inbidel il-manager ta’ Chelsea, Zappacosta xorta waħda kien jaf li se jsibha diffiċli li jilgħab, meta issa hemm ukoll iż-żagħżugħ Reece James li jilgħab fl-istess pożizzjoni. Zappacosta qiegħed jittama li permezz tat-trasferiment ma’ Roma, jekk kemm-il darba jgħaddi mit-test mediku, iservih bħala ċans tajjeb biex jagħmilha għal mat-tim Taljan għall-kompetizzjoni tal-EURO 2020.

Roma jridu jiffirmaw lil Zappacosta fis-sigħat li ġejjin jekk kemm-il darba jridu li jkun eliġibbli biex jilgħab. Il-Giallorossi kienu attivi matul dan is-suq tat-trasferimenti fejn diġa’ ffirmaw lil Leonardo Spinazzola, Amadou Diawara, Pau Lopez u Mert Celtin. Roma jibdew l-ewwel logħba fis-Serie A għal dan l-istaġun kontra Genoa l-Ħadd li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Ħadd wara nofsinhar intlagħbu erba’ partiti mill-kampjonat Taljan Serie A. Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Sassuolo għelbu lil Spal bi skor ta’ 3-0. Il-gowl jaslu minn Francesco Caputo fis-26 u…

Futbol internazzjonali

Serie A fl-Italja: Juventus rebħu 2-1 kontra Verona. Kienu Verona li marru fil-vantaġġ b’goal sabiħ ta’ Miguel Veloso wara li ftit sekondi qabel Verona kienu laqtu l-lasta minn penalty. Aaron…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2019/20 Riżultati tas-Sibt Leicester City – 2 – 1 Tottenham Hotspur Manchester City 8 – 0 Watford Burnley 2 – 0 Norwich City Everton 0 – 2…

Futbol internazzjonali

Wara t-telfa kerha tat-Tlieta li għadda ta’ Real Madrid fi Franza kontra Paris St Germain bi skor ta’ 3-0, teżisti possibbiltà kbira li ġganti Spanjoli jneħħu lill-kowċ tagħhom Zinedine Zidane….

Aktar