Futbol internazzjonali
Suq tat-Trasferimenti: Gonzalo Higuain jingħaqad maċ-Chelsea b’self mingħand Juventus

Gonzalo Higuain huwa uffiċjalment plejer ta’ Chelsea wara li lbieraħ filgħaxija sar it-trasferiment tiegħu b’self mingħand it-tim ta’ Juventus sa tmiem l-istaġun. L-Arġentin ta’ 31 sena kellu l-ewwel nofs tal-istaġun pjuttost diffiċli meta ngħaqad b’self mat-tim ta’ Milan, imma donnu qatt ma seta’ jaqbad u qatt ma’ kiseb il-forma li kellu ma’ Juventus. Fil-fatt, fi 22 logħba, Higuain skorja 8 gowls u anke tkeċċa Il-maniġer ta’ Chelsea, Maurizio Sarri, kien qiegħed jinnota dan kollu u daħal għal dan il-plejer sabiex jieħdu b’self miegħu, biċ-ċans li jixtrih permanenti għas-somma ta’ €36 miljun fi tmiem l-istaġun. Chelsea għandhom ukoll iċ-ċans li minflok jixtru l-plejer jistgħu jerġgħu jissellfuh għal staġun ieħor għas-somma ta’ €18-il miljun.

Il-maniġer Sarri qiegħed jittama li maċ-Chelsea, Higuain jerġa’ jikseb il-forma li kellu quddiem il-lasti mat-tim ta’ Juventus u dan minħabba li t-tim ta’ Stamford Bridge bħalissa għandhom problema ta’ gowls. Sarri qal li jemmen li Higuain jista’ jerġa’ jikseb il-forma tiegħu, għaliex fl-ewwel nofs tal-istaġun ma’ Milan, huwa xorta rnexxielu jiskorja 8 gowls avolja l-livell tat-tim ma kienx l-istess bħal dak ta’ Juventus.

It-trasferiment t’Higuain wasal tard wisq sabiex ikun jista’ jilgħab fis-semifinali tal-EFL Cup kontra Tottenham Hotspur illejla.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti…

Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…

Aktar