Futbol internazzjonali
Suq tat-Trasferimenti: Kevin-Prince Boateng jingħaqad b’self ma’ Barcelona

It-tim ta’ Barcelona ħabbru li ffirmaw lil Kevin-Prince Boateng mingħand it-tim ta’ Sassuolo. Għalissa t-tim Katalan ħa lill-plejer Boateng b’self sa tmiem l-istaġun, imma jistgħu jagħmlu t-trasferiment permanenti għal €8 miljuni.

Kien fatt magħruf li Barcelona kienu qegħdin ifitxxu attakkant, u dan sabiex ikollhom plejers addizzjonali għall-attakkant Luis Suarez. Iż-żagħażugħ Munir El Haddadi telaq lil Barcelona biex jingħaqad ma’ Sevilla wara li m’aċċettax il-kuntratt il-ġdid offrut mill-klabb, filwaqt li l-Katalani ma rnexxilhomx jiffirmaw la lil Cristhian Stuani ta’ Girona u lanqas lil Carlos Vela ta’ Los Angeles FC.

Matul il-ġurnata tat-Tnejn, kmieni filgħodu bdew ħerġin aħbarijiet fil-media Spanjola li Barcelona huma interessati f’Kevin-Prince Boateng, l-attakkant ta’ Sassuolo li s’issa skorja 4 gowls fil-11-il logħba li beda. Qabel ingħaqad ma’ Sassuolo, Boateng kien jilgħab f’La Liga mat-tim ta’ Las Palmas meta skorja 10 gowls fi 28 logħba.

Kevin-Prince Boateng ser ikun żvelat lill-media f’konferenza tal-aħbarijiet aktar tard illum waranofsinhar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Billy McNeill, ex captain ta’ Celtic u l-ewwel Brittaniku li għolla t-Tazza Ewropea, miet fl-età ta’ 79 sena. McNeill mexxa lil Celtic fil-finali tal l-1967 meta dakinhar għelbu lil Inter…

Futbol internazzjonali

Atalanta għadhom qegħdin jittamaw li jakkwistaw post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara li lbieraħ filgħaxija għelbu lin-Napoli bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta…

Futbol internazzjonali

Fl-Ingilterra, Chelsea laħqu lit-Tottenham Hotspur fil-klassifika meta għandhom logħba aktar, wara li lbieraħ filgħaxija huma spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Burnley. Dan jista’ jitqies bħala draw diżappuntanti għaċ-Chelsea fi…

Futbol internazzjonali

Eluf ta’ partitarji ta’ PAOK inġabru fil-belt ta’ Thessaloniki biex jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat f’34 sena. Bil-bnadar suwed u bojod, b’nar tal-ajru u flares, il-partitarji ċċelebraw ir-rebħ tat-tielet kampjonat fl-istorja tal-klabb….

Aktar