Futbol internazzjonali
Suq tat-Trasferimenti: Kieran Trippier jinsab f’Madrid jitkellem m’Atlético

Skont rapporti li ħerġin mill-media Ingliża u Spanjola, id-difensur ta’ Tottenham Hotspur Kieran Trippier ser jingħaqad m’Atlético Madrid. Skont id-Daily Telegraph, Trippier diġa’ jinsab fil-kapitali Spanjola sabiex jiftiehem it-termini tal-kuntratt ta’ €22 miljun. Id-difensur ta’ 28 sena ser jingħaqad mat-tim Spanjol wara li ma rnexxilhomx jakkwistaw lill-Portugiż Nelson Semedo mingħand Barcelona.

Kieran Trippier kien wieħed mill-plejers li għen lill-Ispurs jaslu sal-finali tal-UEFA Champions League f’Mejju li għadda, u wara li ntemmet il-finali kien għamilha ċara li l-futur tiegħu ma’ Tottenham kien inċert.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Parma 2   Frosinone 1 Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20…

Futbol internazzjonali

Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco…

Futbol internazzjonali

Sheffield UTD 0   Newcastle UTD 2 Newcastle ħadu xi ftit tan-nifs fil-Kampjonat Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija għelbu lil Sheffield UTD 2-0. Kien Saint-Maximin li fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, u Jonjo…

Futbol internazzjonali

Sassuolo 1   Perugia 2 Diżappunt għal Sassuolo fil-Coppa Italia meta fir-Round tas-16 tilfu kontra Perugia 2-1. Sal-ewwel 17-il minuta Perugia kienu diġa’ 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Mazzocchi u Nicolussi….

Aktar