Futbol internazzjonali
Suq tat-Trasferimenti: Manchester United interessati f’Wan-Bissaka ta’ Crystal Palace

Il-manager ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer huwa determinat li jieħu lid-difensur Aaron Wan-Bissaka ta’ Crystal Palace f’Old Trafford. Għalkemm il-Palace m’aċċettawx l-ewwel offerta tal-United ta’ €45 miljun, jidher li d-diriġenti tar-Red Devils qegħdin jippreparaw somma aħjar sabiex jieħdu lill-plejer internazzjonali Ingliż tal-U21.

Crystal Palace qegħdin jitolbu s-somma ta’ madwar €70 miljun għal dan il-plejer żagħżugħ, u Solskajer qiegħed jittama li l-bord jilqa’ t-talba tiegħu għax skontu l-valur tal-plejer se jisplodi fl-istaġun li ġej. Wan-Bissaka lagħab l-ewwel darba mal-Palace s-sena li għaddiet u minn hemm spiċċa mhux biss wieħed mill-ewwel plejers fil-lista tal-ħdax li jibdew il-logħba, imma anke rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tal-Eagles għal dan l-istaġun. Barra minn hekk, huwa rebaħ ukoll il-Plejer tax-Xahar fi 3 xhur konsekuttivi bejn Awwissu u Ottubru, u reġa’ rebaħ l-unur mogħti mill-klabb f’Marzu li għadda.

Ole Gunnar Solskjaer mhuwiex biss interessat f’Wan-Bissaka, imma qiegħed jittama li jieħu f’Old Trafford lil Thomas Meunier ta’ Paris Saint-Germain, kif ukoll jinsab interessat fid-difensur ta’ Leicester City, Harry Maguire. Biss, għalkemm in-Norveġiż irid jissoda lid-difiża qabel l-istaġun li ġej, jidher li Manchester United mhumiex lesti jħallsu s-somma ta’ €100 miljun li Leicester qegħdin jitolbu għal Maguire.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kampjonat Premier Ingliż 2019/20 Riżultati tal-Ħadd AFC Bournemouth 1 – 3 Manchester City Tottenham Hotspur 0 – 1 Newcastle United Wolverhampton Wanderers 1 – 1 Burnley

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A l-bieraħ filgħaxija wara li Juventus rebħu 1-0 kontra Parma, aktar tard daħlu fl-azzjoni Fiorentina u Napoli rebħa hawn ta’ 4-3 għal Napoli. Il-Viola fil-vantaġġ minn penalty ta’ Erick…

Futbol internazzjonali

Bundesliga, fost il-logħbiet tal-bieraħ mit-tieni ġurnata tispikka r-rebħa ta’ 3-0 ta’ Bayern Munich barra minn darhom għand Shalke fil-VELTINS-Arena. Il-protagonista għal Bayern Munich f’dan il-konfront kien Robert Levandovski li skorja…

Aktar