International Sports
Surfing – Courtney Conlogue tirritorna bil-kbir

L-Amerikana Courtney Conlogue rritornat lura f’darha bil-kbir meta rebħet l-Open tal-Istati Uniti, is-seba’ round fil-Kampjonat Dinji tas-Surf, meta għelbet lill-Awstraljana Stephanie Gilmore. Conlogue, li s-sena li għaddiet spiċċat fir-raba’ post, kellha titlef erbat itlielaq mill-ewwel ħamsa f’din is-sena, minħabba uġiegħ fl-għaksa. B’din ir-rebħa hija telgħet fil-15-il post tal-klassifika, filwaqt li Gilmore baqgħet fuq quddiem meta f’din is-sena diġa’ rebħet tlett itlielaq minn ħamsa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Ir-rebħa tas-super-maxi jott Wild Oats XI reġgħet qiegħda f’nofs kontroversja, wara li issa, l-iskipper Mark Bradford u s-sid Peter Harburg tal-jott Black Jack qegħdin jipprotestaw li l-jott Wild Oats XI…

Ibburdjar

Is-super-maxi jott Awstraljan Wild Oats XI rebaħ id-disa’ unur tiegħu fit-tellieqa Sydney – Hobart kmieni l-Ġimgħa filgħodu. Din kienet waħda mill-aktar tlielaq missielta li seħħew fl-aħħar snin, bil-jott Awstraljan jaqbeż…

Ibburdjar

Is-super-maxi jott minn Hong Kong, Scallywag, spiċċa kellu jirtira mit-tellieqa Sydney – Hobart meta kien jinsab fir-raba’ post. Il-jott li huwa ta’ Seng Huang Lee irnexxielu jaqbeż Sydney Heads meta…

Ibburdjar

Is-super-maxi Awstraljan, Black Jack, jinsab fuq quddiem fit-tellieqa Sydney – Hobart. F’din l-74 edizzjoni ta’ waħda mill-aktar tlielaq prestiġġjużi fid-dinja tal-ibburdjar, Black Jack kien l-ewwel wieħed li dar ma’ Sydney…

Aktar