Waterpolo
Swim Up b’dehra ġdida mil-lejla fuq TVM2 fit-8pm

Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Waterpolo beda ġmielu, u allura TVM Sport se jżomm l-appuntament ta’ kull sena bil-programm Swim Up. L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ dan il-programm se jkollha dehra ġdida hekk kif il-programm se jirritorna fl-istudios ta’ TVM b’analiżi u diskussjoni kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija.

Bi produzzjoni ta’ Sandro Micallef u bi preżentazzjoni ta’ Antvin Monsigneur u Joanna Camilleri dan il-programm bla ebda dubju ta’ xejn se jkun appuntament regolari mad-dilettanti tal-logħba tal-waterpolo, b’għexiren mistennija jsegwu l-analiżi tal-andament tal-kampjoant organiżżat mill-ASA minn ġewwa djarhom u mill-Clubs tal-Waterpolo stess li matul ix-xhur tas-Sajf ikunu frekwentati ħafna.

L-ewwel programm illejla jixxandar fit-8pm fuq TVM2 u se jkun disponibbli wkoll fuq is-sezzjoni On demand tal-website tvm.com.mt mit-Tnejn filgħodu.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar