Waterpolo
Swim Up jirritorna kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija fuq TVM2

Minn għada t-Tnejn 19 ta’ Lulju jirritorna l-programm Swim Up, programm bi produzzjoni ta’ TVM Sport dedikat kollu għall-waterpolo lokali. Fl-ewwel programm mis-sensiela Swim Up 2021 tingħata ħarsa lejn l-ewwel logħbiet ta’ kull team tar-round Preliminari u analiżi dettaljata tal-logħbiet prinċipali ta’ tmiem din il-ġimgħa. Swim Up se jkun qed jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fid-20:45 fuq TVM2 bi preżentazzjoni ta’ Antvin Monseigneur u produzzjoni ta’ Sandro Micallef.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.