Local Sports
SwimRun: Ryan Muscat u Hannah Cutajar jirbħu l-ewwel edizzjoni tal-Garmin Maltese Islands

Ryan Muscat u Hannah Cutajar rebħu t-tellieqa inawgurali tal-Garmin Maltese Islands SwimRun li saret il-Ħadd li għadda.

SwimRun huwa sport ta’ reżistenza li fih l-atleti jiġru u jgħumu matul korsa fil-kampanja u fil-baħar mingħajr ma jieqfu bejn kull taqsima.

It-tellieqa bdiet fil-kampjana Għawdxija tan-Nadur, fuq medda ta’ 6km sa Ħondoq ir-Rummien u ntemmet fil-kappella tal-Kunċizzjoni, fl-Aħrax fil-Mellieħa.

Ir-rebbieħ ġenerali kien Ryan Muscat li spiċċa f’sagħtejn 38 minuta u 12-il sekonda u Hannah Cutajar rebħet il-kategorija tan-nisa f’sagħtejn 39 minuta u 10 sekondi.

Fil-kategorija tat-timijiet, Stefan Baluci u Margaret Seguna rebħu l-kategorija Mixed filwaqt li Matthew Joe Grima u Manuel Fenech rebħu l-kategorija tal-Irġiel.

It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa minn Mark Gaglione, rappreżentant ta’ Garmin Malta u Amber Ruggier li tirrappreżenta lil AR Fitness.

Miktub minn...
TVM Sport