Ibburdjar
Sydney – Hobart: Is-Super Maxi Jott Comanche jirbaħ il-Line Honours tal-75 edizzjoni

Ibburdjar. Is-Super Maxi Jott Comanche rebaħ il-Line Honours tal-edizzjoni 75 edizzjoni tat-tellieqa prestiġjuża Sydney – Hobart.

Din kienet it-tielet sena konsekittiva li dan il-Jott rebaħ il-Line Honours ta’ din it-tellieqa.

Immexxi mill-Iskipper Jim Cooney il-Comanche daħal f’Hobart għal ħabta tas-7.30am. Il-crew tal-Comanche b’hekk għeleb l-isfida tas-super jotts l-oħra fosthom ta’ InfoTrack li daħal warajh u Wild Oats XI li segwa. Wild Oats XI fil-passat rebaħ xejn inqas minn disa’ darbiet il-Line Honours ta’ din it-tellieqa tul ta’ 603 mili nawtiċi.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Yachting Malta reċentement ospitat Riceviment ta’merbħa tas-sitt ediżżjoni tal-Beneteau Yacht Rendezvous. Dan l-avveniment annwali, kien fil-passat jiġi miżmum f’Mallora, iżda din is-sena Beneteau Yachts (Franza) ġabu dan l-avveniment f’Malta. Is-sitt…

Ibburdjar

L-Assoċjazzjoni tal-ibburdjar Maltija tal-klassi SB20 organizzat l-ewwel avveniment tagħhom, għall-2020, matul it-tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta l-flotta SB20 ħadet sehem f’total ta ‘sitt tlielaq mifruxa fuq jumejn. It-temp kien konsistenti…

Ibburdjar

Fir-Rolex Sydney Hobart il-jott Comanche reġa’ mar fuq quddiem wara li fl-aħħar sigħat kien inqabeż minn Info Track. Kif kien mistenni r-riħ naqqas ħafna u l-jottijiet qegħdin isibuha diffiċli biex…

Ibburdjar

Mill-bieraħ bdiet it-tellieqa tant mistennija fl-ibburdjar minn Sydney sa Hobart. Din hija l-75 edizzjoni tas-Sydney Hobart, bil-Wild Oats XI għandu sfida diffiċli biex iżomm il-Line Honours wara li rebaħ dan…

Aktar