Ibburdjar
Sydney to Hobart: LDV Comanche jirbaħ il-Line Honours wara protest

Ibburdjar: Il-Jott Awstraljan LDV Comanche ingħata l-Line Honours fit-tellieqa klassika Sydney to Hobart wara li l-ġurija internazzjonali laqgħat il-protest tagħhom meta l-krew ta’ dan il-Jott allega li l-Jott Wild Oats XI daħal fihom minn wara u kkawża kolliżjoni.

Wild Oats kien kiser ir-rekord meta qasam il-linja finali fil-Constitution Dock f’Hobart ftit qabel l-għaxra tal-bieraħ filgħodu sabiex spiċċa t-tellieqa f’ġurnata, tmien siegħat, 48 minuta u 50 sekonda. Iżda wara l-protest dawn kienu penaliżżati b’siegħa biex LDV Comanche ħadu l-unuri ta’ din it-tellieqa twila 630 mil nawtiku. Oriġinalment LDV Comanche kien daħal 26 minuta wara Wild Oats.

Din kienet l-ewwel darba mill-1990 li Jott li daħal l-ewwel ma ingħatax il-Line Honours wara li sar protest fuqu.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.