Għawm
T’10 snin jaqsam il-fliegu għat-tielet darba biex iqajjem kuxjenza favur baħar nadif

Keep the Sea Plastic Free. Din hija l-kampanja li l-għawwiem Liam Daly qiegħed jieħu sehem fiha u aktar kmieni llum qasam il-fliegu. Dan sabiex ikompli joħloq kuxjenza ħalli ma jintremiex plastik fil-baħar. It-tfajjel Għawdxi t’10 snin beda l-għawma ta’ sitt kilometri mix-Xatt l-Aħmar għall-ħabta tas-13:30.

Huwa kien assistit mit-triatleta u kowċ Fabio Spiteri. Daly qasam bejn Għawdex u Malta f’temp ta’ siegħa u 48 minuta u daħal Paradise Bay. Din ma kenitx l-ewwel darba li Liam Daly għamel din l-għawma u l-għan prinċipali tiegħu hu li jiġbor €3,000 sabiex ikun jista’ jgħaddihom lil Nature Trust fit-22 ta’ Diċembru.

Liam Daly jitħarreġ ma’ Shamrock Stars u jinsab Year 7 fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport.

Mal-wasla tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti Kevin Azzopardi, feraħ lit-tfajjel li għat-tielet darba rnexxa f’dan it-tragward.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA