Table Football
Table football: Issir it-tieni edizzjoni tal-Valletta Cup

Ilbieraħ fil-kunsill tal-Belt Valletta ġiet organiżżata t-tieni edizzjoni tat-tournament Valletta Cup.

Għal dan it-turnament ħadu sehem plejers preżenti u ex-plejers taż-żewġ klabbs beltin, Valletta Subbuteo Club u Valletta Lions TFC.

Kienet kompetizzjoni individwali fuq żewġ kategoriji, kategorija Open u kategorija Cadets.

Ir-rebbieħ tal-kategorija Open kien Samuel Bartolo plejer ta’ Valletta Subbuteo Club u Mario Camilleri plejer ieħor ta’ Valletta Subbuteo Club kien finalist.

Kienet logħba akkanita ħafna fejn spiċċat bl-iskor ta’ 3-2 bis-‘sudden death’.

Jeshua Bonnici ta’ Valletta Lions TFC kien ir-rebbieħ tal-kategorija kadets, u Jayden Bonnici plejer ta’ Valletta Lions TFC kien finalist.

Dan it-turnament ġie organiżżat mill-kunsillier Ray Azzopardi wara s-suċċess li kiseb fl-ewwel edizzjoni.

Waqt id-diskors tiegħu, is-sur Ray Azzopardi irringrazzja iż-żewġ klabbs Beltin, speċjalment għall-unuri li jġibu lejn il-Belt Kapitali tagħna.  Is-Sur Azzopardi kien kuntent bil-parteċipazjoni, u l-għan tiegħu hu li jkompli jaħdem iktar mill-vicin ma’ l-għaqdiet sportivi biex jara l-għaqda u s-suċċessi kif jafu jaghmlu l-Beltin.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Table Football

Ilbieraħ saret il-konferenza stampa dwar it-tieni edizzjoni tat-tournament Valletta Cup. Din il-konferenza saret ġewwa l-istabiliment il-ġdid The Queen Victoria City Pub ġewwa l-Belt Valletta, u ġiet indirizzata minn Ray Azzopardi,…

Table Football

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Grand Prix ta’ l-Ingilterra 2019, ġewwa Heckmondwike. Valletta Subbuteo Club kellhom tmiem il-ġimgħa ta’ suċċessi. Is-Sibt fil-kompetizzjonijiet individwali Derek Conti plejer ta’ Valletta…

Table Football

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-MTFSA organizza l-league nazzjonali u l-kompetizjoni ‘Knock-out’ bejn il-klabbs. Timijiet li pparteċipaw kienu Valletta Subbuteo Club, Valletta Lions TFC, Bormla Subbuteo Club u Attard Subbuteo…

Table Football

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Major prestiġjuż tal-Belġjum ġewwa f’ Frameries. Is-Sibt kien hemm il-kompetizjonijiet individwali fejn kien hemm disa’ Maltin jikkompetu.  Fil-kategorija ta’ taħt il-ħmistax-il sena ikkompeta…

Aktar