Local Sports
Table Football – Massimo Cremona huwa ċ-Champion ta’ Malta

Table Football – Massimo Cremona huwa ċ-Champion ta’ Malta wara staġun ieħor organizzat mill-Malta Table Football Sports Association.

Fid-diviżjoni Premier kien hemm taqtiegħa bejn Massimo Cremona u Samuel Bartolo, tant li spiċċaw il- kampjonat b’punti ndaqs iżda, Massimo Cremona sar ċampjin b’differenza ta’ gowls.

Il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kien dominat minn Mario Camilleri, li rebaħ il-logħob kollha. B’hekk Mario ġie promoss għad-diviżjoni Premier. Miegħu ġew promossi wkoll Jean Tabone u John Zammit li ġew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Il-Maltin issa jippreparaw għat-Tazza tad-Dinja, li ser issir f’Ġibilta’ fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Settembru. Il-plejers li kkwalifikaw biex jirrappreżentaw lil Malta huma Derek Conti, Samuel Bartolo, Massimo Cremona, Jurgen Balzan, Charlie Aquilina, John Żammit, Joseph Mifsud, Mario Camilleri u Jason Pisani.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Il-Programm TVM Sport jirritorna llejla fuq TVM2 fejn id-diskussjoni ewlenija ser tkun dwar il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Mistiedna fl-istudio rappreżentanti tal-klabbs li qed jiddominaw dan il-Kampjonat, Sirens, Sta Lucia u Gudja. …

Local Sports

Fil- finali tal- Attrans Snooker Malta Open kien Alex Borg li ħareġ rebbieħ 6-4. Il-konfront kien ibbażat fuq l-aħjar minn ħdax il- frame. Għal kronaka tajjeb wieħed jgħid li Alex…

Local Sports

Aktar minn €95,000 ġew mgħoddija lil għaqdiet volontarji u sportivi Għawdxin li kienu applikaw  għall-għajnuna taħt l-iskemi: Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme u l-Isports Organisations Scheme imnedija mill-Ministeru għal Għawdex matul l-2018. Il-Ministru għal Għawdex…

Local Sports

It-team ta’ TVM Sport fi ħdan il-PBS jawgura l-Milied it-tajjeb lill-kommunita’ sportiva f’Malta speċjalment, lill-uffiċjali tal-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet kollha, atleti, kowċis u l-mijiet ta’ voluntiera li jaħdmu fl-isport f’pajjiżna.  …

Aktar