X

Table Football – Massimo Cremona huwa ċ-Champion ta’ Malta

Table Football – Massimo Cremona huwa ċ-Champion ta’ Malta wara staġun ieħor organizzat mill-Malta Table Football Sports Association.

Fid-diviżjoni Premier kien hemm taqtiegħa bejn Massimo Cremona u Samuel Bartolo, tant li spiċċaw il- kampjonat b’punti ndaqs iżda, Massimo Cremona sar ċampjin b’differenza ta’ gowls.

Il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kien dominat minn Mario Camilleri, li rebaħ il-logħob kollha. B’hekk Mario ġie promoss għad-diviżjoni Premier. Miegħu ġew promossi wkoll Jean Tabone u John Zammit li ġew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Il-Maltin issa jippreparaw għat-Tazza tad-Dinja, li ser issir f’Ġibilta’ fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Settembru. Il-plejers li kkwalifikaw biex jirrappreżentaw lil Malta huma Derek Conti, Samuel Bartolo, Massimo Cremona, Jurgen Balzan, Charlie Aquilina, John Żammit, Joseph Mifsud, Mario Camilleri u Jason Pisani.

Chris Falzon :Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.