Sport Lokali
Table Football: Membri tal-MTFSA jikkompetu f’avvenimenti internazzjonali

Fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru saru ż-żewġ kompetizzjonijiet maġġuri tal-FISTF u l-erba’ klabbs membri tal-MTFSA irrappreżentaw lil Malta u flimkien ma’ 24 timijiet oħra mill-Ewropa kollha, kienu maqsuma f’żewġ kompetizzjonijiet differenti, dik taċ-Champions League f’Caen fi Franza u l-Europa League f’Lisbona l-Portugall.

Valletta SC waslu sal-kwarti tal-finali u spiċċaw fis-seba’ post filwaqt li Bormla SC waslu sal-aħħar sittax  u spiċċaw fil-11-il post fiċ-Champions League. Valletta Lions TFC ukoll waslu sal-aħħar 16 u temmew fil-11-il post u Attard SC li m’għamluhiex wara l-istadji tal-gruppi biex temmew fl-20 post tal-Europa League. Ma’ dawn kien hemm ukoll tliet membri individwali li jilagħbu ma’ klabbs barranin u dawn kienu Massimo Cremona ma’ Napoli Fighters tal-Italja, Jurgen Balzan ma’ ST Stembert tal-Belġju u Jason Pisani ta’ Master Sanremo.

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Simona Halep qalet li għadha ftit inkwetata dwar il-fatt li trid tilgħab l-Open tal-Istati Uniti ta’ din is-sena. It-tournament ta’ Wimbledon ġie kkanċellat minħabba l-COVID-19 u l-Open tal-Istati Uniti se…

Badminton

Iċ-Ċiniż Lin Dan, wieħed mill-aqwa plejers fl-Istorja ta’ dan l-isport, ħabbar li rtira mill-karriera tiegħu. Lin Dan rebaħ żewġ Midalji Olimpiċi fl-isport tal-badminton għaċ-Ċina. Super Dan, hekk kif inhu magħruf…

Żwiemel

Iż-żiemel Serpentine kellu wrja eċċellenti biex rebaħ it-tiġrija Epsom Derby u b’hekk, it-trainer Aidan O’Brien sar l-aktar trainer ta’ suċċess fl-Istorja tat-tlielaq taż-żwiemel tal-galopp. Serpentine kien kwotat 25 għal waħda…

Ċikliżmu

L-ex rebbieħ tal-Giro D’Italia Nairo Quintana qal li ma ġralu xejn u ma weġġgħax serjament f’inċident li kien involut fih meta karozza baqgħet dieħla fuqu waqt li kien għaddej bit-taħriġ…

Aktar