Local Sports
Table Football: Plejers ta’ Valletta Subbuteo Club jieħdu sehem fl-FISTF Major tal-Italja

Fi tmiem il-ġimgħa, fis-7 u t-8 ta’ Ottubru ġie organizzat l-FISTF Major tal-Italja f’San Benedetto del Tronto.  Għal dan it-tournament internazzjonali, kienu preżenti plejers Maltin u tat-tim Malti, Valletta Subbuteo Club.

Fil-kategorija tal-Open li saret is-Sibt, kien hemm erba’ plejers Maltin li ħadu sehem, fosthom Angelo Borg, Derek Conti, Massimo Cremona u Rodrick Vassallo u li kollha għaddew mill-grupp tagħhom. Angelo Borg ġie eliminat fl-aħħar 16 kontra Luca Battista bl-iskor ta 3-2. Derek Conti ġie eliminat fil-kwarti finali kontra Luca Battista bl-iskor ta 2-1. Massimo Cremona ġie eliminat mal-aħħar 16 kontra Andrea di Vincenzo bl-iskor 2-1 li nqala’ bil-barrage kontra Luigi Di Vito bl-iskor ta’ 2-1. It-Taljan Luca Colangelo rebaħ din il-kategorija.

Fil-kategorija tal-Veterani, Malta kienet rappreżentata minn 2 plejers Maltin, Mario Camilleri u Jason Pisani. Dawn għaddew mill-grupp. Mario Camilleri baqa’ tiela sas-semi-finali u ġie eliminat fis-semi-finali kontra Raffaele Allocca bl-iskor ta’ 1-0 bis-Sudden Death (ħin miżjud). Jason Pisani ġie eliminat fil-kwarti tal-finali kontra Carlo Alessi 1-0. L-istess Carlo Alessi rebaħ din il-kategorija.

Il-Ħadd lagħbu t-timijiet. Kien hemm tim wieħed minn Malta, il-Valletta Subbuteo Club. It-tim kien magħmul minn Derek Conti, Mario Camilleri, Rodrick Vassallo u l-aħħar akkwist tat-tim, il-plejer Belġjan Pascal Scheen. Valletta Subbuteo Club għaddew l-ewwel mill-grupp u baqgħu telgħin sal-kwarti tal-finali fejn ġew megħluba mit-tim ta’ Napoli Fighters 2-1. Angelo Borg, Massimo Cremona u Jason Pisani kienu qed jilagħbu mat-timijiet tagħhom Taljani.  It-tim Fiamme Azzurre Roma rebaħ din il-kategorija.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Il-Malta Drug-Free Powerlifting Association organizzat il-Kampjonati Dinjija tas-Single Lifts fi ħdan il-federazzjoni tal-World Drug-Free Powerlifting fl-1, 2, u 3 ta’ Ġunju 2018. Din il-federazzjoni ilha taħdem bla waqfien mal-Assoċjazzjoni ta’…

Local Sports

Coji 2018: Logħob li sar fi Sqallija, Il-Ħadd wara nofsinhar, Team Malta rritorna lura f’pajjiżna fost il-ferħ ta’ diversi partitarji u ħbieb tal-atleti li laqgħuhom b’ferħ u entużjażmu fl-ajruport internazzjonali…

Local Sports

Il-programm ġie fi tmiemu b’manifestazzjoni sportiva tal-għeluq is-sena. Din l-attivita’ annwali saret fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa fejn il-parteċipanti taw wirja sportiva mimlija enerġija quddiem il-ġenituri u qraba tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ,…

Aktar