Table Football
Table football: Valletta SC jorganizzaw l-FISTF International Open ta’ Malta 2021

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Valletta SC organizzaw l-FISTF International Open ta’ Malta 2021, fil-Kunsill Lokali Valletta.

Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjoni tal-kategorija individwali ‘Open’.

Ir-rebbieħ ta’ din kategorija kien Mark Gauci, plejer ta’ Valletta SC li fil-finali għeleb lil Jean Tabone bi skor ta’ 2-0.

Il-preżentazzjoni saret fil-preżenza tal-Viċi Sindku tal-Belt Valletta, Ray Azzopardi.

Il-Ħadd kien hemm il-kompetizzjonijiet tat-timijiet u ntrebħet minn Valletta Subbuteo Club b’punti massimi.

 

Miktub minn...
TVM Sport