Oħrajn
Table tennis: Il-Ġermaniż Dimitrij Ovtcharov u l-Ġappuniża Mima Ito jirbħu l-kampjonat mondjali tal-irġiel u tan-nisa

Il-Ġermaniż Dimitrij Ovtcharov u l-Ġappuniża Mima Ito rebħu l-kampjonat mondjali tal-irġiel u tan-nisa rispettivament.

Il-kampjonati mondjali WTT Contender saru f’Doha.

Ovtcharov għeleb fil-finali lil Lin Yun-Ju tal-Korea t’Isfel 4 -1 biex rebaħ it-titlu tal-irġiel.

Ito kienet l-aħjar mill-Ġappuniżi kollha li ddominaw il-kategorija tan-nisa, u fil-finali għelbet lil Hina Hayata 4-2.

Il-kategorija tad-doubles tal-irġiel intrebħet mill-Koreani Lee Sangsu u Cho Daeseong mentri dik tan-nisa ntrebħet minn Miu Hirano u Kasumi Ishikawa tal-Ġappun.

 

Miktub minn...
TVM Sport