
Table Tennis
Table Tennis: Rachel Mifsud tirbaħ il-kampjonat femminili tas-Serie B fl-Italja
Il-plejer żagħżugħa Maltija Rachel Mifsud rebħet il-kampjonat femminili tas-Serie B fl-Italja mat-tim tagħha, A.S.D TT Ausonia Enna.
Mifsud kellha tliet rebħiet mill-erba’ partiti li lagħbet u kienet fil-kumpanija tal-kowċ tagħha Katia Mifsud.
Fix-xahar id-dieħel, Mifsud se terġa’ tkun fi Sqallija biex tikkompeti fil-play-offs bil-possibbiltà li t-tim tagħha jiġi promoss fis-Serie A.