Fight Sports
Taekwondo: Erba’ Atleti fil-Kampjonati tad-Dinja fit-Tuneżija

Wara ħidma intensiva mill-Federazzjoni tat-Taekwondo f’Malta intgħażlu u tħejjew erba’ atleti Maltin għat-2018 World Taekwondo Junior Championships.    Jake Govus, Kylie Magro, Chloe Vassallo u Jerome Vassallo kollha kienu eliġibbli biex jieħdu sehem skond l-eta’ u l-livell għoli tagħhom f’dan l-iSport Olimpiku.  Dan il-Kampjonat huwa l-ogħla avveniment internazzjonali għall-atleti mwielda bejn is-sena 2001 u 2003 u jsir kull sentejn. Il-ftuħ sar ilbieraħ, id-9  ta’ April f’Hammamet, Tuneż u l-Kampjonat itemm fit-13 tax-xahar.

L-għan tal-World Taekwondo għal din it-tnax-il edizzjonji tal-Kampjonat Dinji hu li jservi bħala pjattaforma għaż-żagħżagħ biex juru l-ħiliet tagħhom bis-sħiħ u wkoll sabiex tissaħħaħ il-ħbiberija fost iż-żagħżagħ li se jkunu ġejjin minn madwar id-dinja. It-Taekwondo huwa arti marzjali  pprattikata mill-fuq minn 75 milljun ruħ. Malta qed tiġi irrappreżentata flimkien ma’ aktar minn 150 Nazzjon li qed jipparteċipaw b’atleti internazzjonali tal-ogħla livell.

Miktub minn...
TVMSports
Aħbarijiet Oħra
Fight Sports

Ftit tal-jiem ilu, għall-ewwel darba f’Malta kienu organizzati il-Kampjonati Ewropej tal-Karate kif ukoll l-ewwel it-Tazza tad-Dinja tal-Kobudo.  B’kollox ikkompetew f’malta mal-1,400 atleta f’xejn inqas minn 230 kategorija. Malta kienet rapreżentata mill-Iskola…

Fight Sports

Riżultat ieħor prestiġjuż jinkiseb fi Bratislava, l-iSlovakja, fejn SKSM ikkompetiet b’tim ieħor differenti, did-darba ta’ 5 atleti.  Għall-Kampjonati ‘Slovakia Karate Open’ li hu rikonoxxut mill-World Union Karate Federation attendew 541…

Fight Sports

Karate: Fi tmiem il-ġimgħa kien organizzat il-Malta Open bil-parteċipazzjoni ta’ diversi atleti li kienu qedgħin jirrapreżentaw xejn inqas minn 21 pajjiż. Il-kategorija Overall intrebħet minn SKSM Malta segwieta mill-Club All…

Fight Sports

Dan ix-xahar f’Malta se ssir l-ewwel ġlieda bil-Muay Thai. Din il-ġlieda se tkun fost għadd ta’ ġlidiet ta’ kickboxing u K1 li se jsiru waqt Gladiators Fight Night 19. Se…

Aktar