Motorsport
Takuma Sato jirbaħ l-Indy 500 it-tieni darba f’erba’ snin

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’ Scott Dixon, imma fl-aħħar mill-aħħar ħareġ rebbieħ bl-aktar mod kalm għaliex Spencer Pigot ħabat ġol-ħajt ħames laps mit-tmiem u bil-bandiera s-safra kulħadd kellu jnaqqas il-veloċità.

Is-sewwieq Sato t’43 sena kien rebaħ din it-tellieqa għall-ewwel darba fl-2017, wara li kien beda jikkompeti sena qabel. Is-soltu tellieqa bħal din kienet tiġbed lejha mat-300,000 spettatur imma l-Ħadd saret bil-bibien magħluqa, u allura Sato kellu jiċċelebra biss mat-tim tiegħu.

L-Indianapolis 500 hija waħda mill-aktar tlielaq diffiċli tal-motorsport għaliex is-sewwieqa jridu jsuqu 190 lap f’ċirkwit ta’ 4 kilometri. Fit-tellieqa tal-Ħadd kien Scott Dixon li kien fuq quddiem għal aktar minn nofsha, għaliex sal-111-il lap kien jinsab l-ewwel. Biss il-ħames darbiet champion ta’ din il-kompetizzjoni beda jsib pressjoni kbira minn Sato, li mar fuq quddiem fil-mument kruċjali, u b’hekk intilef iċ-ċans li jkun hemm finali eċitanti bejn dawn it-tnejn. Pigot spiċċa ħabat fil-ħajt lejn it-tmiem u minħabba li ħafna parts tal-karozza spiċċaw imxerrda fit-trakka, intweriet il-bandiera s-safra li kienet tfisser li kulħadd kellu jnaqqas il-veloċità u ħadd ma seta’ jaqbeż karozza oħra.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Il-Malta Motorsport Federation (MMF) ħasset il-bzonn li tirrispondi għall-bzonnijiet tal-membri tal-Federazzjoni u l-komunità tal-motorsport. Il-Pandemija globali COVID-19 poġġiet sfidi eċċezzjonali fuq l-attivitajiet sportivi u l-ħajja ta’ dawk li jipprattikaw il-motorsport,…

Aktar