Futbol lokali
Tarxien isalvaw punt kontra Floriana grazzi għal Darren Falzon

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Tarxien……..2

Floriana…….2

Gowl fl-aħħar battuti tas-sostitut Darren Falzon għal Tarxien R. jikseb punt għar-Rainbows kontra Floriana f’parita’ ta’ 2-2. Riżultat ġust kollox ma’ kollox għal dak li rajna fil-konfront, biċ-champions Floriana jkomplu f’aktar problemi, bit-tieni punt minn 2 konfronti taħt il-kowċ John Buttigieg.

Fit-12-il minuta, Floriana joħolqu l-ewwel ċans tal-partita, meta mil-lemin Brandon Paiber ikollu xutt tajjeb minn barra l-kaxxa salvat f’korner minn Daniel Fernandes bejn il-lasti ta’ Tarxien.

Fl-34 minuta eventwalment Floriana imorru fil-vantaġġ, kross mil-lemin ta’ Diego Venancio, xutt fil-baxx preċiż ta’ Brandon Paiber fil-kaxxa, ballun fin-naħa t’isfel tax-xibka, Tarxien R. 0-1 Floriana.

4 minuti wara, Tarxien R. pero’ jiksbu l-gowl tad-dro, gowl maħdum bejn l-akkwisti l-ġodda tar-Rainbows, kross ta’ Ivan Paz mix-xellug, daqqa ta’ ras mill-angolu ta’ Raphael Kooh Sohna fil-kaxxa, ballun fix-xibka għall-ewwel gowl ta’ Kooh Sohna bil-flokk ta’ Tarxien, għal Tarxien R. 1-1 Floriana.

44 minuta, u ċ-champions jerġgħu jieħdu l-vantaġġ, kross mil-lemin ta’ Jose Arias Ulises, jidħol tajjeb ferm Brandon Paiber li mill-viċin jitfa’ fix-xibka għat-2-1 tal-Greens.

Ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Tarxien viċin li jerġgħu jiksbu l-parita’, meta minn tarf il-kaxxa mil-lemin Jurgen Debono jistampa l-ballun mal-mimduda, bid-difiża tal-Furjana eventwalment jevitaw il-periklu għal-lasti tagħhom.

Tmiem l-ewwel taqsima-Tarxien R. 1-2 Floriana

Tieni taqsima; 47 minuta, is-sostitut ta’ Floriana Jan Busuttil li kien ilu biss 2 minuti fil-‘pitch’, ikollu xutt tajjeb minn barra l-kaxxa jgħaddi barra, biex 6 minuti wara l-istess Busuttil jitfa’ barra mil-lemin fil-kaxxa, wara li seraq ballun mid-difiża Tarxiniża.

65 minuta, Kooh Sohna għar-Rainbows ikollu xutt mix-xellug minn tarf il-kaxxa, ballun għoli mil-lasti t’Ini Akpan, goalkeeper ta’ Floriana. 78 minuta, jerġgħu Tarxien bix-xutt ta’ Kyle Gatt fil-kaxxa mix-xellug, ballun għoli. 

Fid-89 minuta, Tarxien R. ukoll jispiċċaw jolqtu l-mimduda permezz ta’ Kooh Sohna, tant li in-extremis fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima, r-Rainbows jiksbu d-dro, bi free-kick mil-lemin tas-sostitut Darren Falzon, ballun li ħalla jħares lil Ini Akpan.

Riżultat finali-Tarxien R. 2-2 Floriana

BOV Plejer tal-Partita-Brandon Paiber (Floriana)

Referee-Alex Johnson

Formazzjonijiet-

Tarxien R.-D.Fernandes, C.Filho Conceicao, B.Muscat, E.Bilbao Zarate (C), D.Zerafa, J.Debono (87′ L.Sciberras), E.Rosado, E.Ssekisambu (64′ D.Falzon), I.Paz, K.Gatt, R.Kooh Sohna

Floriana-I.Akpan, M.M.Beye, E.Ruiz (C) (45′ J.Busuttil), D.Venancio, N.Leone, K.Keqi, J.Arias Ulises, B.Paiber (85′ S.Arab), A.Cini, F.Cheveresan, R.Camenzuli

 

Miktub minn...
TVM Sport
.