Futbol lokali
Tarxien jagħtu l-ewwel telfa lil Ħamrun fil-Kampjonat 

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Tarxien………….2

Hamrun…………1

Fir-4 ġurnata tal-Kampjonat Premier Hamrun Spartans ħadu l-ewwel telfa tal-istaġun u naqsu milli jitilgħu fil-quċċata tal-klassifika hekk kif fil-Victor Tedesco Stadium Tarxien meritatament għelbu lil Hamrun bl-iscore ta’  2-1.

Fid-9 minuta rajna x-xutt ta’ Kevin Tulimieri għal Hamrun minn barra l-kaxxa li għadda barra biex mal-kwarta logħob pass fit-tul ta’ Triston Caruana perfett lejn in-nofs bix-xutt ta’ Ganci f’idejn Andrea Cassar. Fl-20 minuta zzjoni oħra ta’ Hamrun minn Cross lejn Enrico Pepe b’daqqa ta’ ras ma tkunx l-aħjar waħda tiegħu. Fit-32 minuta reazzjoni brillanti ta’ Tarxien Rainbows biex marru fil-vantaġġ permezz ta’ xutt stupend ta’ Gabriel Aquilina li deher ġie mxellef minn Nayar. Fit-42 minuta ir-referee Alan Mario Sant ordna penalty meta skond l-istess referee Andrea Cassar deherlu li ħareġ ħażin fuq Tulimieri . Inkariga minnu Massimo Ganci li mill 11 –il metru ġab id-draw lill-Ħamruniżi. Fl-84 minuta Tarxien reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta Michele Paolucci b’xutt mill-viċin wara li approfitta tajjeb minn żball fid-difiża qrib il-lasti ta’ Hamrun.

Referee: Alan Mario Sant

BOV Player tal-Logħba: Anderson De Barros (Tarxien R)

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

MFA BOV SUPER CUP 2018 Valletta…..2 Balzan……1 Valletta jgħaqqdu t-tużżana: it-team tal-kapitali żied mar-rekord tiegħu stess u għamilhom tnax-il suċċess fil-BOV Super Cup meta f’finali missielta imma nieqsa minn azzjoni…

Futbol lokali

Valletta jfittxu t-treble u Balzan jimmiraw għall-ewwel unur ewlieni fl-istorja tal-club meta għada jilagħbu għall-BOV Super Cup. Is-Super Cup tradizzjonalment tlaqqa’ liċ-champions mar-rebbieħa tal-FA Trophy: dis-sena miss lil Balzan bħala…

Futbol lokali

Tħabbret il- mewt tal- eks-referi internazzjonali Charles Scerri. Il-karriera tiegħu fil-logħba tal- futbol kienet waħda twila. Huwa kien anke ingħata diversi inkarigi internazzjonali mill-aktar importanti, kemm lejn l-aħħar tas-snin sebgħin…

Aktar