Futbol lokali
FILMAT: Tarxien jaħsdu lil Balzan u jieħdu ftit tan-nifs

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Balzan…………………0

Tarxien Rainbow…..1

Taħt xita qliel, għalkemm kienet taqsima pjuttost kwieta, Balzan ddimonaw din l-ewwel taqsima bil-maġġoranza tal-pussess tkun ghandhom u bi ftit azzjonijiet mhux perikolużi fid-direzzjoni tal-lasti ta’ Tarxien. Pero’ hekk kif kważi skorrew il-45 minuta kienu Tarxien li tellaw kontra attakk u hekk kif Daniel Zerafa kien bil-ballun fil-kaxxa u kien ser jixxutja, dan ġie ffawljat mill-goalkeeper ta’ Balzan Sean Mintoff bir-referee jordna penalty. Raphael Kooh inkariga ruħu minn dan il-penalty li dan ma naqasx milli jpoġġi fil-vantaġġ lit-tim Tarxiniż ftit sekondi qabel il-ħin tal-mistrieħ.

Tibda t-tieni taqsima u jkunu Balzan li fil-57 minuta b’corner mogħti b’direzzjoni diretta lejn il-lasta ta’ Tarxien, bil-goalkeeper Jurgen Borg isalva b’diffikulta’. Fit-63 minuta jerġgħu ikunu Balzan permezz tal-Brażiljan Gomes, bil-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta l-wieqfa u minn rebound ikun l-istess plejer li jerġa’ jiprova bil-ballun milqugħ tajjeb minn Borg. Fis-66 minuta jkun Steven Bezzina ta’ Balzan li jitfa’ għoli minn taħt il-lasti ta’ Tarxien. Balzan ikomplu jippressaw u din id-darba jkun Alfred Effiong li minn cross jagħti daqqa ta’ ras u l-ballun jerġa’ jaħbat mal-wieqfa. Fit-42 minuta jerġgħu ikunu perikolużi Balzan, fejn Sanoh Moussa jixxutja u bi bravura kbira ikun Borg li jilqa’.

Balzan: Mintoff Sean, Loof Augustine, Duric Milan, Fenech Paul (A Effiong 59’), Pisani Steven, Bezzina Steven (G. Camilleri 82’), Johnson Michael David, Ljubomirac Uros, Dimic Stefan (S. Cipriott 78’), Gomes Weverton Andrejic Aleksa (S. Moussa 59’)

Tarxien: Borg Jurgen, Conceicao Filho Carlos, Muscat Brandon, Zarate Bilbao Edison, Zerafa Daniel, Falzon Darren (l. Sciberras 89’), Plut Vito, Rosado Eduardo, Paz Ivan Edgardo, Gatt Kyle (H. Ferreira leonardo 70’), Kooh Sohna Raphael,

Referi: Etienne Mangion

BOV Plejer tal-Logħba: Raphael Kooh Sohna (Tarxien)

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League