Futbol lokali
Tarxien Rainbows FC: Plejers f’allegat każ ta’ tixħim dwar diversi partiti ta’ dan l-istaġun

Tarxien Rainbows FC, il-klabb tal-kampjonat BOV Premier, jinsab għaddej minn burraxka sħiħa hekk kif fl-aħħar sigħat ħareġ fl-apert li diversi plejers huma possibbilment imdaħħlin f’tixħim ta’ partiti ta’ dan l-istaġun.

Sorsi ta’ TVM Sport jikkonfermaw li t-total ta’ plejers involuti f’dan it-tixħim ilaħħaq il-ħamsa, u possibbilment erbgħa huma Maltin u wieħed hu barrani.

TVM Sport għandu wkoll informazzjoni li l-partita li sparkjat dan il-każ kollu kienet proprju d-derby kontra Hibernians tas-26 ta’ Novembru li għadda, li ċ-champions kienu rebħu 3-0.

Għadu mhux magħruf jekk fost id-diversi partiti li huma ndikati li fihom sar possibbilment it-tixħim, kienux involuti biss plejers mill-klabb ta’ Tarxien Rainbows u possibbilment anki plejers li lagħbu kontra tagħhom.

Il-verżjoni ta’ Tarxien Rainbows

TVM Sport tkellem ma’ Edward Calleja, Viċi President tal-klabb, li min-naħa tiegħu kkonferma l-aħbar.

“Il-klabb hu vittma ta’ din is-sitwazzjoni. Aħna qegħdin ‘stand-by’ nistennew mingħand il-Malta Football Association u l-Pulizija ta’ Malta. Bħalissa ma nistgħux nagħmlu pass waħedna,” qal Calleja.

TVM Sport għandu informazzjoni li qabel waħda mis-sessjonijiet ta’ taħriġ tal-ġimgħa li għaddiet, uffiċjali tal-klabb ta’ Tarxien Rainbows tkellmu mal-plejers fid-‘dressing room’, u nfurmawhom li l-klabb kellu informazzjoni minn terzi persuni li kien hemm uħud minnhom involuti f’tixħim f’diversi partiti.

Madankollu, TVM Sport jinsab infurmat li l-klabb Tarxiniż m’għandu evidenza ta’ xejn u li jekk din teżisti, qiegħda biss f’idejn l-MFA u l-Pulizija ta’ Malta.

Bdejna l-investigazzjonijiet – l-MFA

TVM Sport tkellem ukoll ma’ Franz Tabone, Integrity Officer tal-MFA, fejn min-naħa tiegħu kkonferma l-każ, iżda qal biss:

“Bdejna l-investigazzjonijiet flimkien mal-Pulizija ta’ Malta.”

Fis-snin li għaddew, f’Malta kellna diversi każijiet relatati ma’ korruzzjoni. F’dawn il-każi dejjem daħlet il-ġustizzja tal-pajjiż u dik sportiva. Minn dik sportiva, diversi plejers ġew sospiżi għmorhom minn kull attività tal-futbol u saħansitra, fejn kienu nvoluti uffiċjali, ġew relegati klabbs għal diviżjonijiet inferjuri u tnaqqis ta’ punti.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Is-Sibt filgħodu saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Football Association fejn fiha nqraw ir-rapport amministrattiv, ir-rapport finanzjarju, saret l-elezzjoni tal-Eżekuttiv għall-‘membri overall’ u d-diskors tal-għeluq tal-President Norman Darmanin Demajo. Il-Laqgħa ħadet…

Futbol lokali

Għada s-Sibt issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Football Association. Fil-Laqgħa ta’ għada, li tibda fid-9.30am u wisq probabbli ttawwal sa kmieni wara nofsinhar, se ssir elezzjoni waħda, dik tal-‘membri overall’…

Futbol lokali

Għall-ewwel darba minn kemm ilu li ġie Malta, Morris Pags, is-sid ta’ Genova International Soccer School, jitkellem dwar il-proġett il-ġdid ta’ Hamrun Spartans u r-raġuni ewlenija għalfejn ħass li għandu…

Futbol lokali

UEFA EUROPA LEAGUE 2018/19 Gzira United……………. 0 Radnicki Nis …………… 1 (Aggregate 0-5) B’gowl fil-bidu tal-logħba Radnicki għelbu lil Gżira 1-0 biex għaddew b’aggregate ta’ 5-0. Il-loghba kienet waħda kwieta,…

Aktar